+Artikolu 62 Applikazzjoni konsolidata: proċedura għad-determinazzjoni
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.
---+Artikolu 62 6.
---+Artikolu 62 7.
---+Artikolu 62 8.
---+Artikolu 62 9.
|
Artikolu 62 Applikazzjoni konsolidata: proċedura għad-determinazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fir-rigward ta' sussidjarja li toħroġ strumenti kapitali rilevanti, jew obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali jew strumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, awtorità xierqa tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3), wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti, hija tinnotifika, fi żmien 24 siegħa mill-konsultazzjoni ma' dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni:
(i)
lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u, jekk differenti, lill-awtorità xierqa fl-Istat Membru fejn jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni;
(ii)
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtraw direttament jew indirettament obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45f(2) mill-entità li tkun soġġetta għall-Artikolu 45f(1);
(b)
meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3), hija tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni jekk issir dik id-determinazzjoni, u, jekk differenti, lill-awtoritajiet xierqa fl-Istati Membri fejn jinsabu dawk l-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-konsolidazzjoni.
|
|
Artikolu 62 2.
|
Meta jagħmlu determinazzjoni msemmija fil-punt (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fil-każ ta’ istituzzjoni jew grupp b’attività transkonfinali, l-awtoritajiet xierqa għandhom iqisu l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn l-istituzzjoni jew il-grupp joperaw.
|
|
Artikolu 62 3.
|
Awtorità xierqa għandha takkumpanja notifika magħmula skont il-paragrafu 1 bi spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex qed tikkunsidra tagħmel id-determinazzjoni inkwistjoni.
|
|
Artikolu 62 4.
|
►M3
Meta tkun saret notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità xierqa, wara li tkun ikkonsultat lill-awtoritajiet innotifikati skont il-punti (a)(i) jew (b) ta' dak il-paragrafu, għandha tivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin: ◄
(a)
jekk hijiex disponnibbli miżura alternattiva għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni f’konformità mal-Artikolu 59(3);
(b)
jekk tali miżura alternattiva hija disponibbli, jekk tistax tiġi applikata b’mod vijabbli;
(c)
jekk tali miżura alternattiva tista’ tiġi applikata b’mod vijabbli, jekk hemmx prospett realistiku li dan jindirizza, f’limitu ta’ żmien adegwat, iċ-ċirkostanzi li altrimenti jkunu jeħtieġu li ssir determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3).
|
|
Artikolu 62 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, miżuri alternattivi tfisser miżuri ta’ intervent bikri msemmija fl-Artikolu 27 ta’ din id-Direttiva, miżuri msemmija fl-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew trasferiment ta’ fondi jew kapital mill-impriża prinċipali.
|
|
Artikolu 62 6.
|
Fejn, skont il-paragrafu 4, l-awtorità xierqa, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet innotifikati, tivvaluta li miżura alternattiva waħda jew aktar huma disponibbli, jistgħu jiġu applikati b’mod vijabbli u jwasslu għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu applikati.
|
|
Artikolu 62 7.
|
Fejn, f’każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità xierqa, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet innotifikati, tivvaluta li ma hija disponibbli l-ebda miżura alternattiva li twassal għall-eżitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 4, l-awtorità xierqa għandha tiddeċiedi jekk id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) li qed jiġi kkunsidrat hijiex xierqa.
|
|
Artikolu 62 8.
|
Fejn awtorità xierqa tiddeċiedi li tagħmel determinazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 59(3), hija għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri li fihom jinsabu s-sussidjarji milquta u d-determinazzjoni għandha tieħu l-għamla ta’ deċiżjoni konġunta kif imniżżel fl-Artikolu 92(3) u (4). Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta ma għandha ssir l-ebda determinazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 59(3).
|
|
Artikolu 62 9.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn jinsablu kull waħda mis-sussidjarji milquta għandhom fil-pront jimplimentaw deċiżjoni għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni tal-istrumenti kapitali, meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu, wara li jqisu kif xieraq l-urġenza taċ-ċirkostanzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|