+Artikolu 62 1.

Artikolu 62 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fir-rigward ta' sussidjarja li toħroġ strumenti kapitali rilevanti, jew obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali jew strumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, awtorità xierqa tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3), wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti, hija tinnotifika, fi żmien 24 siegħa mill-konsultazzjoni ma' dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni:

(i) 

lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u, jekk differenti, lill-awtorità xierqa fl-Istat Membru fejn jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(ii) 

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtraw direttament jew indirettament obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45f(2) mill-entità li tkun soġġetta għall-Artikolu 45f(1);

(b) 

meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3), hija tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni jekk issir dik id-determinazzjoni, u, jekk differenti, lill-awtoritajiet xierqa fl-Istati Membri fejn jinsabu dawk l-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-konsolidazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.