+Artikolu 63 Setgħat ġenerali
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.

Artikolu 63 Setgħat ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha neċessarji biex japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni li ġejjin, li jistgħu jeżerċitaw individwalment jew b’mod konġunt:

(a) 

is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rikjesta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddeċiedi u tipprepara azzjoni ta’ riżoluzzjoni, inklużi aġġornamenti u supplimenti ta’ informazzjoni pprovduta fil-pjani ta’ riżoluzzjoni u inkluż li jirrikjedu informazzjoni li tingħata permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

(b) 

is-setgħa li jieħdu kontroll ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u li jeżerċitaw id-drittijiet u s-setgħat kollha konferiti fuq l-azzjonisti, is-sidien oħrajn u l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c) 

is-setgħa li jittrasferixxu strumenti ta’ sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d) 

is-setgħa li jittrasferixxu lil entità oħra, bil-kunsens ta’ dik l-entità, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(e) 

is-setgħa li jnaqqsu, inkluż li jnaqqsu għal żero, l-ammont kapitali ta’ jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward ta’ ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ , ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(f) 

is-setgħa li jikkonvertu ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), istituzzjoni prinċipali rilevanti jew istituzzjoni tranżitorja li fiha jiġu trasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);

(g) 

is-setgħa li jikkanċellaw strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ħlief għal obbligazzjonijiet iggarantiti soġġett għall-Artikolu 44(2);

(h) 

is-setgħa li jnaqqsu, inkluż inaqqsu sa żero, l-ammont nominali ta’ strumenti ta’ sjieda ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u li jikkanċellaw tali strumenti ta’ sjieda;

(i) 

is-setgħa li jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni prinċipali rilevanti biex toħroġ strumenti ta’ sjieda ġodda, jew strumenti kapitali oħra, inklużi ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j) 

is-setgħa li jemendaw jew jibdlu l-maturità ta’ strumenti ta’ dejn u ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħrajn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta’ mgħax pagabbli fl-ambitu ta’ dawn l-istrumenti u ►M3  obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ oħrajn, jew id-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju, għajr għall-obbligazzjonijiet iggarantiti soġġetti għall-Artikolu 44(2);

(k) 

is-setgħa li jingħalqu u jitterminaw kuntratti finanzjarji jew kuntratti ta’ derivati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 49;

(l) 

is-setgħa li jneħħu jew jibdlu l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(m) 

is-setgħa li jesiġu li l-awtorità kompetenti tivvaluta x-xerrej ta’ holding kwalifikanti fil-ħin permezz ta’ deroga mill-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/65/UE.

Artikolu 63 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jkunu soġġetti għall-ebda rekwiżit li ġejjin, li kieku jkunu japplikaw minħabba d-dritt nazzjonali jew kuntratti jew xort’oħra:

(a) 

soġġett għall-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 85(1), ir-rekwiżiti li jiksbu approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna kemm pubblika jew privata, inklużi l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) 

qabel l-eżerċizzju tas-setgħa, ir-rekwiżiti proċedurali li jinnotifikaw kwalunkwe persuna inkluż kwalunkwe rekwiżit ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż jew prospett jew ta’ ffajljar jew reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ma’ kwalunkwe awtorità oħra.

B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat skont dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq, jew rekwiżit għal kunsens, trasferiment tal-istrumenti finanzjarji, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet inkwistjoni li li kieku jistgħu japplikaw.

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 81 u 83 u kwalunkwe rekwiżit ta’ notifika taħt il-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Artikolu 63 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn kwalunkwe waħda mis-setgħat elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx applikabbli għal entità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva b’riżultat tal-forma ġuridika speċifika tiegħu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom setgħat li huma kemm jista’ jkun simili inklużi f’termini tal-effetti tagħhom.
Artikolu 63 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat skont il-paragrafu 3, is-salvagwardji previsti f’din id-Direttiva, jew is-salvagwardji li jwasslu għall-istess effett, għandhom japplikaw għall-persuni milquta, inklużi l-azzjonisti, il-kredituri u l-kontropartijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.