|
+Artikolu 64 3. |
Artikolu 64 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprovdu għal arranġamenti ta’ kontinwazzjoni biex jiżguraw li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, in-negozju ttrasferit jista’ jkun operat mir-riċevitur. Arranġamenti ta’ kontinwazzjoni bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:
(a)
il-kontinwazzjoni ta’ kuntratti konklużi mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni relatati ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti u hija sostitwita għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kemm jekk espressament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;
(b)
is-sostituzzjoni tar-riċevitur mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja li jirrelataw ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|