+Artikolu 64 Setgħat anċillari
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.

Artikolu 64 Setgħat anċillari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa biex:

(a) 

soġġett għall-Artikolu 78, jipprovdu li t-trasferiment rilevanti jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti; għal dak l-iskop, kull dritt għal kumpens skont din id-Direttiva ma jitqiesx bħala obbligazzjoni jew tfixkil;

(b) 

ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta’ aktar strumenti ta’ sjieda;

(c) 

jesiġu li l-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fl-elenkar uffiċjali ta’ strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

(d) 

jipprovdu li r-riċevitur jiġi trattat bħallikieku kien l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu ta’, jew azzjoni meħuda minn, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż, soġġett għall-Artikolu 38 u 40, kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f’infrastruttura tas-suq;

(e) 

jeħtieġu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdi lill-parti l-oħra b’informazzjoni u assistenza; u

(f) 

jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu riċevitur bħala parti.

Artikolu 64 2.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 fejn huwa meqjus mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jkun xieraq li tgħin biex jiġi żgurat li azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva jew biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 64 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jeżerċitaw setgħa ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprovdu għal arranġamenti ta’ kontinwazzjoni biex jiżguraw li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, in-negozju ttrasferit jista’ jkun operat mir-riċevitur. Arranġamenti ta’ kontinwazzjoni bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

(a) 

il-kontinwazzjoni ta’ kuntratti konklużi mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni relatati ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti u hija sostitwita għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, kemm jekk espressament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b) 

is-sostituzzjoni tar-riċevitur mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja li jirrelataw ma’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.

Artikolu 64 4.

Is-setgħat fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 3 ma għandhomx jaffettwaw dan li ġej:

(a) 

id-dritt ta’ impjegat tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jittermina kuntratt ta’ impjieg;

(b) 

soġġett għall-Artikoli 69, 70 u 71, kwalunkwe dritt ta’ parti ta’ kuntratt li teżerċita drittijiet skont il-kuntratt, inkluż id-dritt li ttemm, fejn intitolata tagħmel hekk skont it-termini tal-kuntratt minħabba att jew ommissjoni mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni qabel it-trasferiment rilevanti, jew mir-riċevitur wara t-trasferiment rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.