+Artikolu 66 Setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet jew miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet minn Stati Membri oħrajn
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
---+Artikolu 66 6.
|
Artikolu 66 Setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet jew miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet minn Stati Membri oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jinkludi attivi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew drittijiet jew obbligazzjonijiet skont id-dritt ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, it-trasferiment għandu effett fi jew skont id-dritt ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.
|
|
Artikolu 66 2.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet jew biħsiebha tagħmel it-trasferiment bl-assistenza raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-istrumenti ta’ sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferit lir-riċevitur skont kwalunkwe rekwiżit applikabbli tad-dritt nazzjonali.
|
|
Artikolu 66 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonisti, kredituri u partijiet terzi li huma affettwati bit-trasferiment ta’ ishma, strumenti oħra ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx dritt jimpedixxu, jikkontestaw, jew jannullaw it-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tad-dritt li tirregola l-istrumenti ta’ sjieda, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 66 4.
|
Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru (Stat Membru A) teżerċita s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni, inkluż fir-rigward ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 59, u
►M3
l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna ◄ jew l-istrumenti kapitali rilevanti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
strumenti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni (Stat Membru B);
(b)
obbligazzjonijiet dovuti lil kredituri li jinsabu fl-Istat Membru B.
L-Istat Membru B għandu jiżgura li l-ammont kapitali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jitnaqqas, jew li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti, skont l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru A,
|
|
Artikolu 66 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri li huma affettwati mill-eżerċizzju tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument jew l-obbligazzjonijiet jew il-konverżjoni tiegħu, kif jista’ jkun il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni ġuridika tal-Istat Membru B.
|
|
Artikolu 66 6.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn li ġejjin jiġu determinati skont id-dritt tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni:
(a)
id-dritt tal-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jikkontestaw permezz ta’ appell skont l-Artikolu 85, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
id-dritt tal-kredituri li jikkontestaw permezz ta’ appell skont l-Artikolu 85, it-tnaqqis tal-ammont kapitali, jew il-konverżjoni, ta’ strument jew obbligazzjoni kopert(a) mill-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu VII, fir-rigward ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|