|
+Artikolu 71 2. |
Artikolu 71 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti għal kuntratt ma’ sussidjarja ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fejn:
(a)
l-obbligi fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt ikunu ggarantiti jew ikunu b’xi mod ieħor appoġġati mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(b)
id-drittijiet ta’ terminazzjoni fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt huma bbażati unikament fuq l-insolvenza jew il-kondizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u
(c)
f’każ ta’ setgħa ta’ trasferiment li tkun ġiet jew tista’ tkun ġiet eżerċitata fir-rigward tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew:
(i)
l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-sussidjarja marbuta ma’ dak il-kuntratt ġew jew jistgħu jkunu ġew trasferiti lir-riċevitur u assunti minnu; jew
(ii)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħti fi kwalunkwe mod ieħor protezzjoni adegwata għal tali obbligi. Is-sospensjoni għandu jkollha effett mill-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn is-sussidjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun stabbilita tal-ġurnata tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|