+Artikolu 71 Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.
---+Artikolu 71 7.
---+Artikolu 71 8.

Artikolu 71 Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti f’kuntratt ma’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-ġurnata ta’ negozju wara dik il-pubbikazzjoni, sakemm l-obbligi ta’ ħlas u twassil u l-provvista ta’ kollateral jibqgħu jsiru.
Artikolu 71 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti għal kuntratt ma’ sussidjarja ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fejn:

(a) 

l-obbligi fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt ikunu ggarantiti jew ikunu b’xi mod ieħor appoġġati mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) 

id-drittijiet ta’ terminazzjoni fl-ambitu ta’ dak il-kuntratt huma bbażati unikament fuq l-insolvenza jew il-kondizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; u

(c) 

f’każ ta’ setgħa ta’ trasferiment li tkun ġiet jew tista’ tkun ġiet eżerċitata fir-rigward tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew:

(i) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-sussidjarja marbuta ma’ dak il-kuntratt ġew jew jistgħu jkunu ġew trasferiti lir-riċevitur u assunti minnu; jew

(ii) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħti fi kwalunkwe mod ieħor protezzjoni adegwata għal tali obbligi.

Is-sospensjoni għandu jkollha effett mill-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 83(4) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn is-sussidjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun stabbilita tal-ġurnata tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

Artikolu 71 3.

L-ebda sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandha tapplika għal:

(a) 

sistemi jew għal operaturi ta' sistemi deżinjati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE;

(b) 

kontropartijiet ċentrali awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012: jew

(c) 

banek ċentrali.

Artikolu 71 4.

Persuna tista’ teżerċita dritt ta’ terminazzjoni fl-ambitu ta’ kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 jekk dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a) 

ittrasferiti lil entità oħra; jew

(b) 

soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni mal-applikazzjoni tal-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(2).

Artikolu 71 5.

Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu li tissospendi d-drittijiet ta’ terminazzjoni, u fejn ma jkun ingħata ebda avviż skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 68, kif ġej:

(a) 

jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista’ terżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt biss fuq l-okkorrenza ta’ kwalunkwe avveniment kontinwat jew sussegwenti ta’ infurzar mir-riċevitur;

(b) 

jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tkunx applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 43(2)(a) għal dak il-kuntratt, kontroparti tista’ teżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt mal-iskadenza ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 71 6.
Fl-eżerċizzju ta’ setgħa skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji.
Artikolu 71 7.
L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jesiġu istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) iżżomm dokumentazzjoni dettaljata ta’ kuntratti.

Fuq talba ta’ awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jpoġġi l-informazzjoni neċessarja għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex dawk ikunu jistgħu jadqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 71 8.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafu 7:

(a) 

ġabra minima ta’ informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fid-dokumentazzjoni dettaljata; u

(b) 

iċ-ċirkostanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.