|
+Artikolu 71a 2. |
Artikolu 71a 2.L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-impriżi omm tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f'pajjiżi terzi jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmijin fil-paragrafu 1, termini li jeskludu li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriża omm tal-Unjoni, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għal terminazzjoni bikrija, sospensjoni, modifika, netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' dawk il-kuntratti. Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu jista' japplika fir-rigward ta' sussidjarji ta' pajjiżi terzi li huma:
(a)
istituzzjonijiet ta' kreditu;
(b)
ditti ta' investiment (jew li kienu jkunu ditti ta' investimenti kieku kellhom l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru rilevanti); jew
(c)
istituzzjonijiet finanzjarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|