+Artikolu 71a Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 71a 1.
---+Artikolu 71a 2.
---+Artikolu 71a 3.
---+Artikolu 71a 4.
---+Artikolu 71a 5.

Artikolu 71a Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71a 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li għalih jidħlu u li jkun regolat minn liġi ta' pajjiż terz, termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 33a, 69, 70 u 71 u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 68.
Artikolu 71a 2.
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-impriżi omm tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f'pajjiżi terzi jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmijin fil-paragrafu 1, termini li jeskludu li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriża omm tal-Unjoni, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għal terminazzjoni bikrija, sospensjoni, modifika, netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' dawk il-kuntratti.

Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu jista' japplika fir-rigward ta' sussidjarji ta' pajjiżi terzi li huma:

(a) 

istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b) 

ditti ta' investiment (jew li kienu jkunu ditti ta' investimenti kieku kellhom l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru rilevanti); jew

(c) 

istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 71a 3.

Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li:

(a) 

joħloq obbligu ġdid, jew li jemenda materjalment obbligu eżistenti wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni ta' dan l-Artikolu;

(b) 

jipprevedi l-eżerċizzju ta' dritt ta' terminazzjoni wieħed jew aktar jew drittijiet ta' infurzar tal-interessi ta' sigurtà, li għalihom japplikaw l-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 li kieku l-kuntratt finanzjarju kien regolat mil-liġijiet ta' Stat Membru.

Artikolu 71a 4.
Fejn istituzzjoni jew entità ma tinkludix it-terminu kuntrattwali meħtieġ skont il-paragrafu 1 l-Artikolu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 fir-rigward ta' dak il-kuntratt finanzjarju.
Artikolu 71a 5.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina ulterjorment il-kontenut tat-terminu meħtieġ fil-paragrafu 1, filwaqt li tieħu kont tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.