+Artikolu 76 Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.

Artikolu 76 Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

awtorità ta’ riżoluzzjoni tittrasferixxi xi assi, dritt jew obbligazzjoniet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra jew, fl-eżerċizzju ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, minn istituzzjoni tranżitorja jew vettura tal-immaniġġjar tal-assi lil persuna oħra;

(b) 

l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat speċifikati fil-punt (f) tal-Artikolu 64(1).

Artikolu 76 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:

(a) 

arranġamenti tat-titoli, taħt liema persuna jkollha bħala titolu interess effettiv jew kontinġenti f’assi jew drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess huwiex iggarantit b’assi jew drittijiet speċifiċi jew permezz ta’ imposta flessibbli jew arranġament simili;

(b) 

arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferiment ta’ titoli li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta’ obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta’ sjieda sħiħa ta’ attiv minn min jipprovdi l-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi attivi jekk dawk l-obbligi speċifikati jitwettqu;

(c) 

arranġamenti ta’ tpaċija li taħthom żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(d) 

arranġamenti ta’ netting;

(e) 

bonds koperti;

(f) 

arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta’ ħħeġġjar li jiffurmaw parti integrali tal-pula tal-kopertura u li skont id-dritt nazzjonali huma ggarantiti b’mod simili għal bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta’ titoli minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nominata.

Il-forma ta’ protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet tal-arranġamenti speċifikati fil-punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu hija speċifikata aktar fl-Artikoli 77 sa 80, u għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 68 sa 71.

Artikolu 76 3.

Ir-rekwiżit taħt il-paragrafu 2 japplika irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet involuti fl-arranġamenti u minn jekk l-arranġamenti:

(a) 

humiex maħluqa b’kuntratt, fiduċjarji jew mezzi oħra, jew jirriżultaw awtomatikament bl-operat tad-dritt;

(b) 

jinħolqux taħt jew humiex regolati bi sħiħ jew parzjalment mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz.

Artikolu 76 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, tispeċifika aktar il-klassijiet tal-arraġament li jaqgħu fl-ambitu tal-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.