|
+Artikolu 76 2. |
Artikolu 76 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:
(a)
arranġamenti tat-titoli, taħt liema persuna jkollha bħala titolu interess effettiv jew kontinġenti f’assi jew drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess huwiex iggarantit b’assi jew drittijiet speċifiċi jew permezz ta’ imposta flessibbli jew arranġament simili;
(b)
arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferiment ta’ titoli li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta’ obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta’ sjieda sħiħa ta’ attiv minn min jipprovdi l-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi attivi jekk dawk l-obbligi speċifikati jitwettqu;
(c)
arranġamenti ta’ tpaċija li taħthom żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;
(d)
arranġamenti ta’ netting;
(e)
bonds koperti;
(f)
arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta’ ħħeġġjar li jiffurmaw parti integrali tal-pula tal-kopertura u li skont id-dritt nazzjonali huma ggarantiti b’mod simili għal bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta’ titoli minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nominata. Il-forma ta’ protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet tal-arranġamenti speċifikati fil-punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu hija speċifikata aktar fl-Artikoli 77 sa 80, u għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 68 sa 71. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|