+Artikolu 81 Rekwiżiti ta’ notifika
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
---+Artikolu 81 4.
|
Artikolu 81 Rekwiżiti ta’ notifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jew ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta jikkunsidra li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) qed tfalli jew probabbli li tfalli skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 32(4).
|
|
Artikolu 81 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe notifika li jirċievu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u bi kwalunkwe miżura ta’ prevenzjoni tar-riskju, jew bi kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE li jeħtieġu lil istituzzjoni jew lil entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva tieħu.
|
|
Artikolu 81 3.
|
Fejn awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) huma sodisfatti fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:
(a)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(b)
l-awtorità kompetenti għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(c)
l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(d)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(f)
l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha istituzzjoni ta’ kreditu hija affiljata fejn meħtieġ biex tippermetti li l-funzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija jitwettqu;
(g)
il-korp inkarigat mill-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni fejn meħtieġ biex jippermetti li l-funzjonijiet tal-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jitwettqu;
(h)
fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;
(j)
fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni; u
(k)
il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata.
|
|
Artikolu 81 4.
|
Meta t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3(f) u 3(g) ma tiggarantixxix il-livell adegwat ta’ kunfidenzjalità, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri alternattivi ta’ komunikazzjoni li jilħqu l-istess objettivi filwaqt li jiżguraw il-livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|