|
+Artikolu 81 3. |
Artikolu 81 3.Fejn awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) huma sodisfatti fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:
(a)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(b)
l-awtorità kompetenti għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(c)
l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(d)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe fergħa ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1);
(e)
il-bank ċentrali;
(f)
l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha istituzzjoni ta’ kreditu hija affiljata fejn meħtieġ biex tippermetti li l-funzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija jitwettqu;
(g)
il-korp inkarigat mill-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni fejn meħtieġ biex jippermetti li l-funzjonijiet tal-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni jitwettqu;
(h)
fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;
(i)
il-ministeru kompetenti;
(j)
fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni; u
(k)
il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|