+Artikolu 82 Deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 82 1.
---+Artikolu 82 2.
---+Artikolu 82 3.
|
Artikolu 82 Deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 82 1.
|
Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina, skont l-Artikolu 32(1) u l-Artikolu 33, jekk il-kondizzjonijiet ta’ tali paragrafu humiex sodisfatti fir-rigward tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) inkwistjoni.
|
|
Artikolu 82 2.
|
Deċiżjoni li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humies sodisfatti jew le fir-rigward ta’ istituzzjoni jew ta’ entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni, inklużi d-determinazzjoni li l-istituzzjoni tissodisfa jew le l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;
(b)
l-azzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni biħsiebha tieħu inklużi, jekk ikun il-każ, id-determinazzjoni ta’ applikazzjoni għal stralċ, il-ħatra ta’ amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont proċeduri normali ta’ insolvenza applikabbli jew, soġġett għall-Artikolu 37(9) skont id-dritt nazzjonali.
|
|
Artikolu 82 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri u l-kontenut relatati mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
in-notifiki msemmija fl-Artikolu 81(1), (2) u (3);
(b)
l-avviż ta’ sospensjoni msemmi fl-Artikolu 83.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Lill-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|