|
+Artikolu 83 4. |
Artikolu 83 4.L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni, jew ta’ kopja tal-ordni jew l-istrument li bih ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jew ta’ avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u b’mod partikolari tal-effetti fuq il-klijenti bl-imnut u, jekk applikabbli, it-termini u l-perjodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 69, 70 u 71, bil-mezzi li ġejjin:
(a)
fuq il-websajt uffiċjali tagħha;
(b)
fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u fuq il-websajt tal-ABE;
(c)
fuq il-websajt tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(d)
fejn l-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jew strumenti tad-dejn tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni huma ammessi għal negozjar f’suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni regolata dwar l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|