+Artikolu 83 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
---+Artikolu 83 5.

Artikolu 83 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 83 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
Artikolu 83 2.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk differenti:

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) 

l-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe fergħa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c) 

il-bank ċentrali;

(d) 

l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha dik l-istituzzjoni tal-kreditu taħt riżoluzzjoni tkun affiljata;

(e) 

il-korp inkarigat tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(f) 

fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(g) 

il-ministeru kompetenti;

(h) 

fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(i) 

l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;

(j) 

il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ESMA, (‘EIOPA’) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-ABE;

(k) 

fejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 98/26/KE, l-operaturi tas-sistemi li tipparteċipa fihom.

Artikolu 83 3.
In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi kopja ta’ kwalunkwe ordni jew strument li bihom jiġu eżerċitati s-setgħat rilevanti u għandha tindika d-data minn meta l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni huma effettivi.
Artikolu 83 4.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni, jew ta’ kopja tal-ordni jew l-istrument li bih ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jew ta’ avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u b’mod partikolari tal-effetti fuq il-klijenti bl-imnut u, jekk applikabbli, it-termini u l-perjodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 69, 70 u 71, bil-mezzi li ġejjin:

(a) 

fuq il-websajt uffiċjali tagħha;

(b) 

fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u fuq il-websajt tal-ABE;

(c) 

fuq il-websajt tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d) 

fejn l-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jew strumenti tad-dejn tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni huma ammessi għal negozjar f’suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni regolata dwar l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).

Artikolu 83 5.
Jekk l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn mhumiex ammessi għan-negozjar fuq suq regolat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jintbagħtu lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet tad-data tal-istituzzjoni tħat riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.