+Artikolu 84 Sigriet professjonali
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
---+Artikolu 84 5.
---+Artikolu 84 6.
---+Artikolu 84 7.

Artikolu 84 Sigriet professjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.

Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

(c) 

ministeri kompetenti;

(d) 

maniġers speċjali jew amministraturi temporanji maħtura skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(e) 

akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f’akkwist;

(f) 

awdituri, kontabbilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra direttament jew indirettament imqabbda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (e);

(g) 

korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija tad-depożiti;

(h) 

korpi li jamministraw skemi ta’ kumpens ta’ investituri;

(i) 

il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(j) 

banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(k) 

istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġjar tal-assi;

(l) 

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmija fil-punti (a) sa (k);

(m) 

il-maniġment superjuri, membri tal-korp maniġerjali, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k) qabel, matul jew wara l-ħatra tagħhom.

Artikolu 84 2.
Bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ikunu segwiti, il-persuni fil-punti (a), (b), (c), (g), (h), (j) u (k) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ regoli interni, inklużi regoli intiżi li jassgiraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn persuni direttament involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 84 3.
Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, il-persuni msemmija f’dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew mingħand awtorità ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tagħha skont din id-Direttiva, lil kwalunkwe persuna jew awtorità sakemm ma tkun fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew f’għamla ta’ sommarju jew b’mod kollettiv li l-istituzzjonijiet individwali jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew il-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun forniet l-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni divulgata mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunx fiha informazzjoni kunfidenzjali u li, b’mod partikolari l-effetti li dik id-divulgazzjoni jista’ jkollha fuq l-interessi pubbliċi fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditjar jiġu evalwati.

Il-proċedura tal-verifika tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta’ kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjan ta’ rkupru u riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 10, 11 u 12 u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 15.

Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbilà ċivili fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-Artikolu, skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 84 4.

Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni:

(a) 

lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 1 milli jikkondividu informazzjoni bejniethom jew fi ħdan kull korp jew entità; jew

(b) 

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma’ xulxin u ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħra tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, ma’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti, ma’ skemi ta’ kumpens ta’ investituri, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċeduri normali ta’ insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet, mal-ABE, jew, soġġett għall-Artikolu 98, ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jew, suġġett għal rekwiżiti stretti ta’ sigriet professjonali, għal akkwirent potenzjali għall-finijiet ta’ pjanar jew twettiq ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 84 5.

Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

soġġett għal rekwiżiti stretti ta’ sigriet professjonali, lil kwalunkwe persuna oħra fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ ppjanar jew biex titwettaq azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b) 

kumitati ta’ inkjesta parlamentari, qrati tal-awdituri u entitajiet oħra inkarigati minn inkjesti f’dak l-Istat Membru taħt kondizzjonijiet xierqa; u

(c) 

lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza ta’sistemi ta’ ħlas, dawk responsabbli għal proċedimenti ta’ insolvenza normali, dawk fdati bid-dover pubbliku ta’ superviżjoni ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju oħra, dawk responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq finanzjarji u impriżi ta’ assigurazzjoni u spetturi li jaġixxu f’isimhom; dawk responsabbli għaż-żamma tal-istabbilta’ tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makro-prudenzjali u dawk responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbilta’ tas-sistema finanzjarja, u persuni inkarigati li jwettqu verifiki statutorji;

Artikolu 84 6.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’kawżi kriminali jew ċivili.
Artikolu 84 7.
L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kif l-informazzjoni għandha tingħata f’sommarju jew f’forma kollettiva għall-finijiet tal-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.