|
+Artikolu 84 3. |
Artikolu 84 3.Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, il-persuni msemmija f’dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew mingħand awtorità ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tagħha skont din id-Direttiva, lil kwalunkwe persuna jew awtorità sakemm ma tkun fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew f’għamla ta’ sommarju jew b’mod kollettiv li l-istituzzjonijiet individwali jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew il-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li tkun forniet l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni divulgata mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunx fiha informazzjoni kunfidenzjali u li, b’mod partikolari l-effetti li dik id-divulgazzjoni jista’ jkollha fuq l-interessi pubbliċi fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditjar jiġu evalwati. Il-proċedura tal-verifika tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta’ kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjan ta’ rkupru u riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 10, 11 u 12 u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 15. Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbilà ċivili fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-Artikolu, skont id-dritt nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|