+Artikolu 88 Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 4.
---+Artikolu 88 5.
---+Artikolu 88 6.
---+Artikolu 88 7.

Artikolu 88 Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
►M3  Soġġett għall-Artikolu 89, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmijin fl-Artikoli 12, 13, 16, 18, 45 sa 45h, 91 u 92, u, fejn ikun il-każ, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. ◄

Partikolarment, il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp, għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti u għas-superviżuri tal-konsolidazzjoni konċernati fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

(a) 

skambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi, għall-applikazzjoni fuq gruppi ta’ setgħat ta’ tħejjija u prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni ta’ gruppi;

(b) 

jiżviluppaw pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi skont l-Artikoli 12 u 13;

(c) 

jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta’ gruppi skont l-Artikolu 16;

(d) 

jeżerċitaw is-setgħat biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta’ gruppi skont l-Artikolu 18;

(e) 

jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita skema tar-riżoluzzjoni tal-gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 91 jew 92;

(f) 

jilħqu l-ftehim dwar skema ta’ riżoluzzjoni tal-gruppi propost f’konformità mal-Artikolu 91 jew 92;

(g) 

jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi;

(h) 

jikkoordinaw l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont it-Titolu VII;

(i) 

jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-gruppi fil-livell konsolidat u ta’ sussidjarja skont ►M3  l-Artikoli 45 sa 45h ◄ .

Barra minn hekk, il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni jistgħu jintużaw bħala forum biex jiġu diskussi kwistjonijiet marbutin mal-gruppi transkonfinali rigward ir-riżoluzzjoni.

Artikolu 88 2.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni:

(a) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(b) 

l-awtoritjiet ta’ riżoluzzjoni ta’ kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja koperta b’superviżjoni konsolidata;

(c) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn tkun stabbilita impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew iżjed tal-grupp, li hija entità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(1);

(d) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn jinsabu fergħat sinifikattivi;

(e) 

is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun membru fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma tkunx il-bank ċentrali tal-Istat Membru, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tiġi akkumpanjata minn rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istat Membru;

(f) 

il-ministeri kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mhumiex il-ministeri kompetenti;

(g) 

l-awtorità li hija responsabbli għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dak l-Istat Membru hija membru ta’ kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(h) 

l-ABE, soġġett għall-paragrafu 4.

Artikolu 88 3.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi, fejn impriża prinċipali jew istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjoni sussidjarja jew fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti jekk kienet tinstab fl-Unjoni, jistgħu, fuq talba mingħandhom, jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta’ sigriet professjonali, fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bħal dawk stabbiliti bl-Artikolu 98.
Artikolu 88 4.
L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-tħaddim effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni, fid-dawl tal-istandards internazzjonali. L-ABE għandha tkun mistiedna tattendi għal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal tali skop. L-ABE ma jkollhiex dritt ta’ vot inkwantu kwalunkwe vot jittieħed fi ħdan il-qafas tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 88 5.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tippresjedi l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. F’dik il-kapaċità hija għandha:

(a) 

tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(b) 

tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(c) 

tikkonvoka u tippresjedi l-laqgħat kollha tagħha u żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, dwar it-temi prinċipali li ser jiġu diskussi u dwar l-elementi li ser jiġu kkunsidrati;

(d) 

tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;

(e) 

tiddeċiedi liema membri u osservaturi għandhom jiġu mistednin jattendu għal laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-bżonnijiet speċifiċi, b’kont meħud tar-rilevanza tat-tema li ser tiġi diskussa għal dawk il-membri u osservaturi, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati;

(f) 

iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżitu ta’ dawk il-laqgħat.

Il-membri li jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib.

Minkejja l-punt (e), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kull meta fuq l-aġenda jkun hemm temi soġġetti għal teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti jew relatati mal-entità fi grupp li tinsab fl-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 88 6.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp mhumiex obbligati li jistabbilixxu kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f’dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f’kulleġġi ta’ riżoluzzjoni, stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 90. F’tali każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni f’din id-Direttiva għandhom ukoll jiġu mifhuma bħala referenzi għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra.
Artikolu 88 7.
L-ABE għandha, fid-dawl tal-istandards kontabilistiċi internazzjonali, tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.