+Artikolu 89 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
---+Artikolu 89 4.
---+Artikolu 89 5.
|
Artikolu 89 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Fejn istituzzjoni ta' pajjiż terz jew impriża omm ta' pajjiż terz ikollha sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriżi omm tal-Unjoni, stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew żewġ fergħat jew aktar tal-Unjoni li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti dawk l-entitajiet jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat sinifikanti għandhom jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew uniku wieħed.
|
|
Artikolu 89 2.
|
Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jwettaq il-funzjonijiet u jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti, għall-fergħat tagħhom. Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu d-determinazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h. Meta jistabbilixxu r-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h, il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandhom jieħdu kont tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, jekk ikun hemm, adottata mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Fejn, skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriża omm tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jaqblu ma' dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża omm tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 45f(1) billi joħorġu strumenti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45f(2) lill-aħħar impriża omm tagħhom stabbilita f'pajjiż terz, jew lis-sussidjarji ta' dik l-aħħar impriża omm li jkunu stabbiliti fl-istess pajjiż terz jew lil entitajiet oħra taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 45f(2).
|
|
Artikolu 89 3.
|
Fejn impriża omm tal-Unjoni waħda biss ikollha s-sussidjarji tal-Unjoni kollha ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew intrapriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun presedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-intrapriża prinċipali tal-Unjoni tkun stabbilita. Meta ma japplikax l-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża omm tal-Unjoni jew sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali miżmuma għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.
|
|
Artikolu 89 4.
|
L-Istati Membri jistgħu, bi qbil reċiproku tal-partijiet rilevanti kollha, jirrinunzjaw ir-rekwiżit li jiġi stabbilit kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jekk grupp jew kulleġġ ieħor iwettaq l-istess funzjonijiet u jwettaq l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 90. F'dak il-każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej f'din id-Direttiva għandhom ukoll jinftehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħra.
|
|
Artikolu 89 5.
|
Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu altrimenti jiffunzjona skont l-Artikolu 88.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|