+Artikolu 89 2.

Artikolu 89 2.

Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jwettaq il-funzjonijiet u jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti, għall-fergħat tagħhom.

Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu d-determinazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h.

Meta jistabbilixxu r-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h, il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandhom jieħdu kont tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, jekk ikun hemm, adottata mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

Fejn, skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriża omm tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jaqblu ma' dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża omm tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 45f(1) billi joħorġu strumenti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45f(2) lill-aħħar impriża omm tagħhom stabbilita f'pajjiż terz, jew lis-sussidjarji ta' dik l-aħħar impriża omm li jkunu stabbiliti fl-istess pajjiż terz jew lil entitajiet oħra taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 45f(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.