+Artikolu 90 Skambju ta’ informazzjoni
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 2.
---+Artikolu 90 3.
---+Artikolu 90 4.
|
Artikolu 90 Skambju ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 90 1.
|
Soġġett għall-Artikolu 84, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 90 2.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi għandha tikkoordina l-fluss tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin bil-għan li tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (b) sa (i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88(1).
|
|
Artikolu 90 3.
|
Fuq talba għal informazzjoni pprovduta minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tfittex il-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz għat-trażmissjoni ‘l quddiem ta’ dik l-informazzjoni, ħlief fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz tkun diġà tat il-kunsens tagħha għat-trażmissjoni ‘l quddiem ta’ dik l-informazzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jikkomunikaw fuq talba informazzjoni pprovduta minn awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ma tkunx diġà tat il-kunsens tagħha għat-trażmissjoni ‘l quddiem tagħha.
|
|
Artikolu 90 4.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkondividu l-informazzjoni mal-ministeru kompetenti meta din titratta deċiżjoni jew kwistjoni li tirrikjedi n-notifikazzjoni, il-konsultazzjoni jew il-kunsens tal-ministeru kompetenti jew li jista’ jkollha implikazzjonijiet għall-fondi pubbliċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|