+Artikolu 91 Riżoluzzjoni ta’ grupp li tinvolvi sussidjarja tal-grupp
---+Artikolu 91 1.
---+Artikolu 91 2.
---+Artikolu 91 3.
---+Artikolu 91 4.
---+Artikolu 91 5.
---+Artikolu 91 6.
---+Artikolu 91 7.
---+Artikolu 91 8.
---+Artikolu 91 9.
---+Artikolu 91 10.
---+Artikolu 91 11.
---+Artikolu 91 12.
---+Artikolu 91 13.

Artikolu 91 Riżoluzzjoni ta’ grupp li tinvolvi sussidjarja tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 1.

Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi li istituzzjoni jew kwalunkwe entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja fi grupp tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 32 jew 33, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk differenti, lis-superviżur tal-konsolidazzjoni, u lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni:

(a) 

id-deċiżjoni li l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 32 jew 33;

(b) 

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri ta’ insolvenza li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis bħala xierqa għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 91 2.
Meta tirċievi notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-azzjonijiet jew miżuri oħra ta’ riżoluzzjoni notifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq il-grupp u fuq l-entitajiet tal-grupp fi Stati Membri oħra, u, partikolarment, jekk permezz tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn ikunx aktar probabbli li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 91 3.
Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni l-oħra, tivvaluta li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ma jagħmlux probabbli li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għal dik l-istituzzjoni jew dik l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tista’ tieħu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri oħra li tkun innotifikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 91 4.
Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni l-oħra, tivvaluta li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jagħmlux probabbli li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32 jew l-Artikolu 33 jiġu sodisfatti fir-rigward ta’ entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun irċiviet in-notifika skont il-paragrafu 1, tipproponi skema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp u tissottomettiha lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Dan il-perjodu ta’ 24 siegħa jista’ jiġi estiż bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 91 5.
Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp fi żmien 24 siegħa, jew wara perjodu itwal ta’ żmien li jkun intlaħaq ftehim dwaru, wara li tkun rċeviet in-notifikazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tista’ twettaq azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħra li tkun innotifikat bi qbil mal-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.
Artikolu 91 6.

Skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp meħtieġa skont il-paragrafu 4 għandha:

(a) 

tikkunsidra u ssegwi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 sakemm l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jivvalutawx, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu jinkisbu b’mod aktar effikaċi bit-teħid ta’ azzjonijiet li mhumiex provduti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b) 

tispjega l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti fir-rigward tal-impriża prinċipali tal-Unjoni jew entitajiet partikolari fil-grupp bil-għan li tissodisfa l-għanijiet u l-prinċipji ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 34;

(c) 

tispeċifika kif dawk l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu kkoordinati;

(d) 

tistabbilixxi pjan ta’ finanzjament li jqis il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, il-prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà kif stabbilit skont il-punt (f) tal-Artikolu 12(3) u l-mutwalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 107.

Artikolu 91 7.
Soġġett għall-paragrafu 8, l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.

L-ABE tista’ fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta bi qbil mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 91 8.
Jekk kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni ma taqbilx jew tmur lil hinn mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew tqis li għandha tieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, hi għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, tinnotifika l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp bir-raġunijiet u tinformahom dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li ser tieħu. Meta tistabbilixxi r-raġunijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ qbil, dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 dwar l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-effett potenzjali tal-azzjonijiet jew il-miżuri fuq partijiet oħrajn tal-grupp.
Artikolu 91 9.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li qablu skont il-paragrafu 8 jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li tkopri l-entitajiet tal-grupp fl-Istat Membru tagħhom.
Artikolu 91 10.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 7 jew 9 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 91 11.
L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.
Artikolu 91 12.
Fi kwalunkwe każ fejn skema ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp, dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-ħsieb li tintlaħaq strateġija ta’ riżoluzzjoni kkoordinata għall-entitajiet tal-grupp kollha li qed ifallu jew li probabbli jfallu.
Artikolu 91 13.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni regolarment u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.