+Artikolu 93 Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 3.
---+Artikolu 93 4.

Artikolu 93 Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 93 1.

Bi qbil mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tibgħat proposti lill-Kunsill għal negozjar ta’ ftehim ma’ pajjiż terzi jew aktar rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti minn pajjiżi terzi, inter alia, bi skop ta’ skambju ta’ informazzjoni b’rabta mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-intrapriżi prinċipali, u l-istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi, fir-rigward ta’ dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) 

f’każijiet fejn impriża prinċipali ta’ pajjiż terz għandha istituzzjonijiet sussidjarji jew fergħat fejn dawn il-fergħat huma meqjusa bħala sinifikanti f’żewġ Stati Membri jew aktar;

(c) 

f’każijiet fejn impriża prinċipali stabbilita fi Stat Membru u li sussidjarja jew fergħa sinifikattiva f’tal-inqas Stat Membru ieħor ikollha istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz;

(d) 

f’każijiet fejn istituzzjoni stabbilita fi Stat Membru u li għandha impriża prinċipali, sussidjarja jew fergħa sinifikanti f’tal-inqas Stat Membru ieħor għandha fergħa jew fergħat sinifikanti f’pajjiż terz wieħed jew aktar.

Artikolu 93 2.
Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom, partikolarment, ifittxu li jiżguraw l-istabbiliment ta’ proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ xi kompiti jew il-kompiti kollha u l-eżerċizzju ta’ xi setgħat jew is-setgħat kollha indikati fl-Artikolu 97.
Artikolu 93 3.
Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandux ikun fihom dispożizzjoni rigward istituzzjonijiet individwali, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi prinċipali jew istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 93 4.
L-Istati Membri jistgħu jidħlu fi ftehimiet bilaterali ma’ pajjiż terz rigward il-materji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 mal-pajjiż terz rilevanti sakemm tali ftehimiet bilaterali ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.