|
+Artikolu 94 2. |
Artikolu 94 2.Fejn ikun hemm kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew stabbilit bi qbil mal-Artikolu 89, dan għandu jieħu deċiżjoni konġunta dwar jekk jirrikonoxxix, ħlief kif previst fl-Artikolu 95, proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz relatati ma’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz jew ma’ impriża prinċipali li:
(a)
ikollha sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti fi, jew fergħat fl-Unjoni li jkunu jinsabu fi, u li huma meqjusa bħala sinifikanti minn, żewġ Stati Membri jew aktar; jew
(b)
jkollha assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar jew ikunu regolati mil-liġi ta’ dawk l-Istati Membri. Meta tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar ir-rikonoxximent ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali rispettivi għandhom jaraw li jkun hemm l-infurzar tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni rikonoxxuti ta’ pajjiż terz, bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|