+Artikolu 94 Rikonoxximent u infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.

Artikolu 94 Rikonoxximent u infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 94 1.
Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi dment li jkun daħal fis-seħħ il-ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti dment li r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi ma jkunux regolati minn dak il-ftehim.
Artikolu 94 2.

Fejn ikun hemm kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew stabbilit bi qbil mal-Artikolu 89, dan għandu jieħu deċiżjoni konġunta dwar jekk jirrikonoxxix, ħlief kif previst fl-Artikolu 95, proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz relatati ma’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz jew ma’ impriża prinċipali li:

(a) 

ikollha sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti fi, jew fergħat fl-Unjoni li jkunu jinsabu fi, u li huma meqjusa bħala sinifikanti minn, żewġ Stati Membri jew aktar; jew

(b) 

jkollha assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar jew ikunu regolati mil-liġi ta’ dawk l-Istati Membri.

Meta tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar ir-rikonoxximent ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali rispettivi għandhom jaraw li jkun hemm l-infurzar tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni rikonoxxuti ta’ pajjiż terz, bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom.

Artikolu 94 3.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni parteċipanti fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, jew fin-nuqqas ta’ kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, kull awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar jekk tirrikonoxxix jew tinfurzax, ħlief kif stipulat fl-Artikolu 95, il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz fir-rigward ta’ istituzzjoni jew impriża prinċipali ta’ pajjiż terz.

Din id-deċiżjoni għandha tagħti kusiderazzjoni xierqa għall-interessi ta’ kull Stat Membru individwali fejn topera istituzzjoni jew impriża prinċipali ta’ pajjiż terz, u b’mod partikolari lill-impatt potenzjali tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni minn pajjiż terz dwar partijiet oħra tal-grupp u lill-istabilità finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.

Artikolu 94 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej:

(a) 

jeżerċitaw setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

(i) 

assi ta’ istituzzjoni jew impriża prinċipali minn pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew regolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

(ii) 

drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li ddaħħlu fil-kotba minn fergħa fl-Unjoni fl-Istat Membru tagħhom jew regolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta’ tali drittijiet u obbligazzjonijiet huma infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom.

(b) 

jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni biex jiġu pperfezzjonati, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda f’sussidjarja fl-Unjoni stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(c) 

jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 69, 70 jew 71 fir-rigward tad-drittijiet ta’ kwalunkwe parti fil-kuntratt ma’ entità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali setgħat huma meħtieġa sabiex jiġu nfurzati l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi; u

(d) 

jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li iwaqqfu, jillikwidaw jew jaċċeleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, ta’ entitajiet msemmija fil-paragrafu 2 u entitajiet tal-grupp oħra, meta dan id-dritt ikun kaġun ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda fir-rigward ta’ istituzzjoni, ta’ pajjiż terz, ta’ impriża prinċipali ta’ tali entitajiet jew ta’ entitajiet oħra fi grupp, kemm jekk mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regulatorji fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ riżoluzzjojni f’dak il-pajjiż, sakemm ikomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta’ pagament u provvista u l-provvista ta’ kollateral.

Artikolu 94 5.
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu, fejn fl-interess pubbliku, jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ impriża prinċipali meta l-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tiddetermina li istituzzjoni inkorporata f’dak il-pajjiż terz tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jingħataw is-setgħha li jużaw kwalunkwe setgħa ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dik l-impriża prinċipali, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68.
Artikolu 94 6.
Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta’ insolvenza normali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, fejn adatt, f’konformità ma’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.