|
+Artikolu 95 Dritt li jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz |
Artikolu 95 Dritt li jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terzArtikolu 95 Dritt li jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħra fejn ikun stabbilit kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew taħt l-Artikolu 89, tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi jew li tinforza proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 94(2) jekk tqis:
(a)
li il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiż terz għandhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ibbażata jew li l-proċeduri għandhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;
(b)
li hija meħtieġa azzjoni ta’ riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 96 fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni biex jinkiseb għan wieħed jew aktar ta’ riżoluzzjoni;
(c)
li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu l-istess trattament bħall-kredituri tal-pajjiż terz u depożitanti bl-istess drittijiet legali skont il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni domestiċi tal-pajjiż terz.
(d)
li r-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru; jew
(e)
li l-effetti ta’ tali rikonoxximent jew infurzar ikunu kuntrarji għal-liġi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|