+Artikolu 96 Riżoluzzjoni ta’ fergħat fl-Unjoni
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 96 3.
|
Artikolu 96 Riżoluzzjoni ta’ fergħat fl-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji biex jaġixxu fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni li jew mhi soġġetta għall-ebda proċedura ta’ riżoluzzjoni jew li hi soġġetta għall-proċeduri ta’ pajjiż terz jew jekk tapplika waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 95. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 68 japplika għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat.
|
|
Artikolu 96 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni meħtieġa fl-interess pubbliku u waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
il-fergħa fl-Unjoni ma għadhiex tissodisfa, jew probabbilment mhux ser tissodisfa l-kondizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u l-operat f’dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe settur privat, superviżorju jew l-azzjoni ta’ pajjiż terz rilevanti jirrestawra l-fergħa biex tikkonforma jew tipprevjeni falliment fi żmien raġonevoli;
(b)
fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tal-pajjiż terz mhijiex kapaċi, jew ma tridx, jew x’aktarx li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri tal-Unjonii, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun sodisfatta li l-ebda proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew proċeduri ta’ insolvenza f’pajjiż terz ma nbdew jew ser jinbdew fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pajjiż terz fi żmien perjodu raġonevoli;
(c)
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz bdiet proċeduri ta’ riżoluzzjoni f’pajjiż terz fir-rigward tal-istituzzjoni mill-pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri tali.
|
|
Artikolu 96 3.
|
Fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu azzjoni indipendenti fir-rigward ta’ fergħa fl-Unjoni, għandha tqis l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni u tieħu azzjoni skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:
(a)
il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 34;
(b)
ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni fil-Kapitolu III tat-Titolu IV.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|