|
+Artikolu 96 2. |
Artikolu 96 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni meħtieġa fl-interess pubbliku u waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
il-fergħa fl-Unjoni ma għadhiex tissodisfa, jew probabbilment mhux ser tissodisfa l-kondizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u l-operat f’dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe settur privat, superviżorju jew l-azzjoni ta’ pajjiż terz rilevanti jirrestawra l-fergħa biex tikkonforma jew tipprevjeni falliment fi żmien raġonevoli;
(b)
fl-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tal-pajjiż terz mhijiex kapaċi, jew ma tridx, jew x’aktarx li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri tal-Unjonii, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun sodisfatta li l-ebda proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew proċeduri ta’ insolvenza f’pajjiż terz ma nbdew jew ser jinbdew fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pajjiż terz fi żmien perjodu raġonevoli;
(c)
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz bdiet proċeduri ta’ riżoluzzjoni f’pajjiż terz fir-rigward tal-istituzzjoni mill-pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri tali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|