|
+Artikolu 97 3. |
Artikolu 97 3.Il-ftehimiet qafas ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa u għall-kooperazzjoni fit-twettiq xi wħud mill-kompiti li ġejjin, jew kollha, u għall-eżerċizzju ta’ xi wħud mis-setgħat li ġejjin jew kollha, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jew ta’ gruppi li jinkludu tali istituzzjonijiet:
(a)
l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 sa 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(b)
il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, skont l-Artikolu 15 u 16 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(c)
l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 17 u 18 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(d)
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(e)
l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|