+Artikolu 97 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
---+Artikolu 97 5.
---+Artikolu 97 6.
|
Artikolu 97 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 97 1.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 93 mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 93(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta’ dan l-Artikolu ma jkunx regolat minn dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 97 2.
|
L-ABE tista’ tikkonkludi qafas ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a)
f’każijiet fejn sussidjarja fl-Unjoni tkun stabbilita f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali jew il-kumpannija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1);
(b)
f’każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħat tal-Unjoni f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fejn dik l-istituzzjoni tkun stabbilita;
(c)
f’każijiet fejn impriża prinċipali u, jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) stabbilita fi Stat Membru b’istituzzjoni sussidjarja jew b’fergħa sinifikanti fi Stat Membru ieħor għandha ukoll istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu stabbiliti;
(d)
f’każijiet fejn istituzzjoni b’sussidjarja jew fergħa sinifikattiva fi Stat Membru ieħor tkun stabbilit fergħa waħda jew aktar f’pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn dawn il-fergħat ikunu jinsabu.
L-arranġamenti msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx ikun fihom dispożizzjoni rigward istituzzjonijiet speċifiċi. Huma ma għandhomx jimponu obbligi legali fuq l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 97 3.
|
Il-ftehimiet qafas ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa u għall-kooperazzjoni fit-twettiq xi wħud mill-kompiti li ġejjin, jew kollha, u għall-eżerċizzju ta’ xi wħud mis-setgħat li ġejjin jew kollha, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jew ta’ gruppi li jinkludu tali istituzzjonijiet:
(a)
l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 sa 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(b)
il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, skont l-Artikolu 15 u 16 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(c)
l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 17 u 18 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(d)
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(e)
l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 97 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti mhux vinkolanti ta’ kooperazzjoni skont l-arranġament qafas tal-ABE mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti indikat fil-paragrafu 2. Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 97 5.
|
Arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
(b)
konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikoli 94 u 96 u s-setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(c)
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(d)
twissija bikrija lil, jew konsultazzjoni mal-partijiet għall-arranġament ta’ koperazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont din id-Direttiva jew il-liġi tal-pajjiż terz relevanti li taffettwa l-istituzzjoni jew il-grupp li għalih jgħodd l-arranġament;
(e)
il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;
(f)
proċeduri u arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi tal-immaniġġjar tal-kriżijiet.
|
|
Artikolu 97 6.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ kooperazzjoni li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|