|
+Artikolu 97 5. |
Artikolu 97 5.Arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
(b)
konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikoli 94 u 96 u s-setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(c)
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
(d)
twissija bikrija lil, jew konsultazzjoni mal-partijiet għall-arranġament ta’ koperazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont din id-Direttiva jew il-liġi tal-pajjiż terz relevanti li taffettwa l-istituzzjoni jew il-grupp li għalih jgħodd l-arranġament;
(e)
il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;
(f)
proċeduri u arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi tal-immaniġġjar tal-kriżijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|