|
+Artikolu 98 1. |
Artikolu 98 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, ma’ awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
dawk l-awtoritajiet tal-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti u standards tas-sigriet professjonali mill-anqas meqjusa bħala ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 84; Fir-rigward ta’ kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-dejta personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta’ din it-tip ta’ dejta personali lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
(b)
l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz tal-funzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma’ dawk taħt din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a) ta’ dan il-paragrafu 1, ma jintuża għall-ebda fini ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|