+Artikolu 98 Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 3.

Artikolu 98 Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 98 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, ma’ awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

dawk l-awtoritajiet tal-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti u standards tas-sigriet professjonali mill-anqas meqjusa bħala ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 84;

Fir-rigward ta’ kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-dejta personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta’ din it-tip ta’ dejta personali lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(b) 

l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz tal-funzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma’ dawk taħt din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a) ta’ dan il-paragrafu 1, ma jintuża għall-ebda fini ieħor.

Artikolu 98 2.

Meta informazzjoni kunfidenzjali toriġina fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti u ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz sakemm ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma’ dik id-divulgazzjoni;

(b) 

l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.

Artikolu 98 3.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ sigriet professjonali skont il-liġi tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.