+Artikolu 100 6.

Artikolu 100 6.

Minkejja l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’, bil-għan li jaqdi l-obbligi tiegħu skont paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistabbilixxi l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tiegħu permezz ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji minn istituzzjonijiet li huma awtorizzati fit-territorju tiegħu, liema kontribuzzjonijiet huma bbażati fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 103(7) u li mhumiex miżmuma permezz ta’ fond ikkontrollat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiegħu sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jintlaħqu:

(a) 

l-ammont miġbur minn kontribuzzjonijiet huwa mill-inqas daqs l-ammont li huwa meħtieġ jinġabar taħt l-Artikolu 102;

(b) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru hija intitolata għal ammont ekwivalenti għall-ammont ta’ tali kontribuzzjonijiet, li l-Istat Membru jagħmel immedjatament disponibbli għal dik l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fuq it-talba ta’ din tal-aħħar, esklużivament għall-użu tal-finijiet stipulati fl-Artikolu 101;

(c) 

l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel użu mid-diskrezzjoni li jisstruttura l-arranġamenti finanzjarji tiegħu skont dan il-paragrafu:

(d) 

l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-ammont imsemmi fil-punt (b) mhux inqas minn darba fis-sena; u

(e) 

ħlief kif stipulat f’dan il-paragrafu, l-arranġamenti finanzjarji jikkonformaw mal-Artikoli 99 sa 102, 103(1) sa (4) u (6), u l-Artikoli 104 sa 109.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu sabiex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 102 jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet mandatorji minn kull skema ta’ kontribuzzjonijiet mandatorji stabbilita minn Stat Membru fi kwalunkwe data bejn is-17 ta’ Ġunju 2010 u t-2 ta’ Lulju 2014 minn istituzzjonijiet fit-territorju tiegħu sabiex jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mar-riskju sistemiku, il-falliment u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet, dment li l-Istat Membru jikkonforma ma’ dan it-Titolu. Kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhomx jgħoddu għal-livell immirat għall-arranġamenti tal-finanzjament ta’ riżoluzzjoni stipulat fl-Artikolu 102.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.