+Artikolu 106 Self bejn arranġamenti ta’ finanzjament
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 106 5.
---+Artikolu 106 6.
|
Artikolu 106 Self bejn arranġamenti ta’ finanzjament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 106 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jitolbu li jisselfu mill-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn kollha fl-Unjoni, fil-każ li:
(a)
l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 103 mhumiex biżżejjed biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew spejjeż oħrajn sostnuti minħabba l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament;
(b)
il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex post provduti fl-Artikolu 104 mhumiex immedjatament aċċessibbli; kif ukoll
(c)
il-mezzi alternattivi ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 105 mhumiex immedjatament aċċessibbli b’kondizzjonijiet raġonevoli.
|
|
Artikolu 106 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jkollhom is-setgħa li jagħtu self lil arranġamenti ta’ finanzjament oħra fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 106 3.
|
B’segwitu għal talba skont il-paragrafu 1, kull wieħed mill-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn fl-Unjoni għandu jiddeċiedi jekk għandux jagħti self lill-arranġament ta’ finanzjament li jkun għamel it-talba. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li dik id-deċiżjoni tittieħed wara konsultazzjoni, jew bil-kunsens tal-ministeru kompetenti jew tal-gvern. Id-deċiżjoni għandha tittieħed b’urġenza dovuta.
|
|
Artikolu 106 4.
|
Ir-rata tal-imgħax, il-perijodu tal-ħlas lura u termini u kondizzjonijiet oħrajn tas-self għandhom jiġu maqbula bejn l-arranġament ta’ finanzjament li jagħti s-self u l-arranġamenti ta’ finanzjament l-oħrajn li jkunu ddeċidew li jieħdu sehem. Is-self ta’ kull arranġament ta’ finanzjament parteċipanti għandu jkollu l-istess rata ta’ mgħax, perijodu ta’ ħlas lura u termini u kondizzjonijiet oħrajn, sakemm l-arranġamenti ta’ finanzjament parteċipanti kollha ma jaqblux mod ieħor.
|
|
Artikolu 106 5.
|
L-ammont misluf minn kull arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni parteċipanti għandu jkun pro rata għall-ammont ta’ depożiti koperti fl-Istat Membri ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni, rigward l-ammont aggregat ta’ depożiti koperti fl-Istati Membri tal-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni parteċipanti. Dawk ir-rati tal-kontribuzzjoni jistgħu jvarjaw bi qbil fost l-arranġamenti ta’ finanzjament parteċipanti kollha.
|
|
Artikolu 106 6.
|
Is-self dovut lil arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni ta’ Stat Membru ieħor skont dan l-Artikolu għandu jiġi trattat bħala assi tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni li jkun pprovda s-self u jista’ jingħad għall-fini tal-livell immirat tal-arranġament ta’ finanzjament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|