+Artikolu 107 Mutwalizzazzjoni ta’ arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.
---+Artikolu 107 5.
---+Artikolu 107 6.
---+Artikolu 107 7.
---+Artikolu 107 8.
---+Artikolu 107 9.
|
Artikolu 107 Mutwalizzazzjoni ta’ arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 107 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp kif imsemmija fl-Artikolu 91 jew l-Artikolu 92, l-arranġament ta’ finanzjament nazzjonali ta’ kull istituzzjoni li tkun parti minn grupp tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 107 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp, għandha tipproponi, jekk meħtieġ qabel ma tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni, pjan finanzjarju, bħala parti mill-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-grupp stipulata fl-Artikoli 91 u 92. Il-pjan ta’ finanzjament għandu jiġi maqbul f’konformità mal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 91 u 92.
|
|
Artikolu 107 3.
|
Il-pjan ta’ finanzjament għandu jinkludi:
(a)
valutazzjoni bi qbil mal-Artikolu 36 fir-rigward tal-entitajiet tal-grupp affettwati;
(b)
it-telf li għandu jiġi rikonoxxut minn kull entità fi grupp affettwata fil-mument li fih jiġu eżerċitati l-għodod ta’ riżoluzzjoni;
(c)
għal kull entità fi grupp affettwata, it-telf sostnut minn kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri;
(d)
kwalunkwe kontribuzzjoni meħtieġa li ssir mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti f’konformità mal-Artikolu 109(1);
(e)
il-kontribuzzjoni totali mill-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ finanzjament u l-għan u l-forma tal-kontribuzzjoni;
(f)
il-bażi biex jiġi kkalkulat l-ammont li kull wieħed mill-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu jinstabu l-entitajiet tal-grupp affettwati, hi meħtieġa biex issir kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni tal-grupp sabiex tinbena l-kontribuzzjoni totali msemmija fil-punt (e);
(g)
l-ammont li l-arranġament ta’ finanzjament nazzjonali ta’ kull entità fi grupp affettwata hu meħtieġ li jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp u l-forma ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet;
(h)
l-ammont ta’ self li l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istati Membri fejn ikunu jinstabu l-entitajiet tal-grupp affettwati, ser jiksbu mill-istituzzjonijiet, l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet terzi oħrajn, skont l-Artikolu 105.
(i)
skeda ta’ żmien għall-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-entitajiet fi grupp affettwati, li għandha tkun tista’ tiġi estiża fejn ikun xieraq.
|
|
Artikolu 107 4.
|
Il-bażi għat-tqassim tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3 għandha tkun konsistenti mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mal-prinċipjistabbiliti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 12(3), sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor fil-pjan ta’ finanzjament.
|
|
Artikolu 107 5.
|
Sakemm mhux maqbul mod ieħor fil-pjan ta’ finanzjament, il-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ kull arranġament ta’ finanzjament nazzjonali għandu, b’mod partikolari, jikkunsidra:
(a)
il-proporzjon tal-assi tal-grupp miżmum f’istituzzjonijiet u entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) stabbiliti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;
(b)
il-proporzjon tal-assi tal-grupp miżmum f’istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(b), (c) u (d) stabbilit fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni;
(c)
il-proporzjoni tat-telf, li ta lok għall-ħtieġa ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, li oriġinat fl-entitajiet tal-grupp taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni; kif ukoll
(d)
il-proporzjoni tar-riżorsi tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp li, skont il-pjan ta’ finanzjament, huma mistennija li ser jintużaw biex ikunu ta’ benefiċċju dirett għall-entitajiet tal-grupp stabbiliti fl-Istat Membru ta’ dak l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 107 6.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel, regoli u proċeduri biex jiżguraw li kull arranġament ta’ finanzjament nazzjonali jista’ jaffettwa l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżoluzzjoni ta’ finanzjament tal-grupp immedjatament mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 107 7.
|
Għall-fini ta’ dan l-Artiklu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp, bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 105, biex jinkiseb self jew forom oħrajn ta’ għajnuna, mingħand istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħrajn.
|
|
Artikolu 107 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jiggarantixxu kwalunkwe teħid ta’ self ikkuntrattjat mill-arranġamenti ta’ finanzjament tal-grupp skont il-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 107 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe qligħ jew benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-arranġamenti ta’ finanjament tal-grupp jiġu allokati lill-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament skont il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ta’ riżoluzzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|