|
+Artikolu 108 2. |
Artikolu 108 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla minn dik ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-maturità kuntrattwali oriġinali tal-istrumenti ta’ dejn tkun ta’mill-inqas sena;
(b)
l-istrumenti ta’ dejn ma fihom l-ebda derivattivi inkorporati u ma jkunux derivattivi huma stess;
(c)
id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b’mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|