+Artikolu 108 Klassifikazzjoni f’ġerarkija tal-insolvenza
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
---+Artikolu 108 4.
---+Artikolu 108 5.
---+Artikolu 108 6.
---+Artikolu 108 7.
|
Artikolu 108 Klassifikazzjoni f’ġerarkija tal-insolvenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 108 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw l-proċeduri ta’ insolvenza normali:
(a)
dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista għall-pretensjonijiet ta’ kredituri mhux garantiti ordinarji:
(i)
dik il-parti tad-depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li taqbeż il-livell ta’ kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;
(ii)
depożiti minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku mhux għall-fatt li jkunu saru permezz ta’ fergħat barra mill-Unjoni ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.
(b)
dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista fil-punt (a):
(ii)
skemi ta’ garanzija ta’ depożiti surrogati għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ depożitanti koperti f’insolvenza.
|
|
Artikolu 108 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla minn dik ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-maturità kuntrattwali oriġinali tal-istrumenti ta’ dejn tkun ta’mill-inqas sena;
(b)
l-istrumenti ta’ dejn ma fihom l-ebda derivattivi inkorporati u ma jkunux derivattivi huma stess;
(c)
id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b’mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 108 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkollhom klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta’ insolvenza normali mill-klassifikazzjoni ta’ prijorità ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 48(1).
|
|
Artikolu 108 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta’ insolvenza normali, kif ġew adottati fil-31 ta’ Diċembru 2016 japplikaw għall-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta’ insolvenza normali ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa minn entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
).
|
|
Artikolu 108 5.
|
Fejn, wara l-31 ta’ Diċembru 2016 u qabel it-28 ta’ Diċembru 2017, Stat Membru adotta liġi nazzjonali li tirregola l-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta’ insolvenza normali ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ tali liġi nazzjonali, il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dik il-liġi nazzjonali, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
(a)
skont dik il-liġi nazzjonali, u għal entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), il-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji ikollhom, fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla minn dik ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-maturità kuntrattwali oriġinali tal-istrumenti ta’ dejn tkun ta’ mill-inqas sena;
(ii)
l-istrumenti ta’ dejn ma fihom l-ebda derivattiva inkorporata u ma jkunux derivattivi huma stess; u
(iii)
id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b’mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont il-liġi nazzjonali;
(b)
skont il-liġi nazzjonali, pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu għandhom, fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla mill-klassifikazzjoni ta’ prijorità ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 48(1).
Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/2399, il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità bħal dik imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 108 6.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2 u tal-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, l-istrumenti ta’ dejn b’imgħax varjabbli derivati minn rata ta’ referenza użata b’mod wiesa’ u strumenti ta’ dejn mhux denominati fil-munita domestika tal-emittent, dment li l-prinċipal, ir-ripagament u l-imgħax huma ddenominati fl-istess munita, m’għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta’ dejn b’derivattivi inkorporati minħabba dawk il-karatteristiċi biss.
|
|
Artikolu 108 7.
|
L-Istati Membri li, qabel il-31 ta’ Diċembru 2016, adottaw liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza normali fejn il-pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa minn entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) jinqasmu f’żewġ klassifikazzjonijiet ta’ prijorità differenti jew aktar, jew meta l-klassifikazzjoni ta’ prijorità ta’ pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji li jirriżultaw minn tali strumenti ta’ dejn tinbidel fir-rigward tal-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji l-oħra kollha bl-istess klassifikazzjoni, jistgħu jipprevedu li strumenti ta’ dejn bl-aktar klassifikazzjoni ta’ prijorità baxxa fost dawk il-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji jkollhom l-istess klassifikazzjoni bħal dik ta’ pretensjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|