+Artikolu 108 5.

Artikolu 108 5.

Fejn, wara l-31 ta’ Diċembru 2016 u qabel it-28 ta’ Diċembru 2017, Stat Membru adotta liġi nazzjonali li tirregola l-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta’ insolvenza normali ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ tali liġi nazzjonali, il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn maħruġa wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dik il-liġi nazzjonali, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a) 

skont dik il-liġi nazzjonali, u għal entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), il-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji ikollhom, fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla minn dik ta’ pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-maturità kuntrattwali oriġinali tal-istrumenti ta’ dejn tkun ta’ mill-inqas sena;

(ii) 

l-istrumenti ta’ dejn ma fihom l-ebda derivattiva inkorporata u ma jkunux derivattivi huma stess; u

(iii) 

id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b’mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont il-liġi nazzjonali;

(b) 

skont il-liġi nazzjonali, pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu għandhom, fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, klassifikazzjoni ta’ prijorità ogħla mill-klassifikazzjoni ta’ prijorità ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 48(1).

Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/2399, il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ prijorità bħal dik imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.