|
+Artikolu 109 1. |
Artikolu 109 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u sakemm dik l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli għal:
(a)
meta jiġi applikat l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont li bih jitniżżel il-valur tad-depożiti koperti jkunu ġew żvalutati sabiex jiġi assorbit it-telf fl-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1), fil-każ li d-depożiti koperti kienu inklużi fl-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna u kien tniżżel il-valur tagħhom għall-istess livell bħall-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza normali; jew
(b)
meta tiġi applikata waħda jew aktar mill-għodda ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont tat-telf sostnut mid-depożituri koperti, fil-każ li d-depożituri koperti jkunu sostnew telf fi proporzjon mat-telf sostnut mill-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta’ insolvenza normali. F’kull każ, l-obbligazzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu ta’ ammont akbar mill-ammont tat-telf li kien ikollha ssostni kieku l-istituzzjoni kienet ġiet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali. Meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħmel l-ebda kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta’ rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1). Meta jiġi stabbilit permezz ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 74 li l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu għar-riżoluzzjoni kienet ta’ aktar mit-telf nett li kieku kienet issostni kieku l-istituzzjoni kienet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollha d-dritt għall-pagament tad-differenza mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 75. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|