+Artikolu 109 Użu tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.
---+Artikolu 109 5.

Artikolu 109 Użu tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 109 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u sakemm dik l-azzjoni tiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni hija affiljata magħha tkun responsabbli għal:

(a) 

meta jiġi applikat l-istrument tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont li bih jitniżżel il-valur tad-depożiti koperti jkunu ġew żvalutati sabiex jiġi assorbit it-telf fl-istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1), fil-każ li d-depożiti koperti kienu inklużi fl-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni interna u kien tniżżel il-valur tagħhom għall-istess livell bħall-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta’ insolvenza normali; jew

(b) 

meta tiġi applikata waħda jew aktar mill-għodda ta’ riżoluzzjoni li ma jkunux l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-ammont tat-telf sostnut mid-depożituri koperti, fil-każ li d-depożituri koperti jkunu sostnew telf fi proporzjon mat-telf sostnut mill-kredituri bl-istess livell ta’ prijorità skont il-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta’ insolvenza normali.

F’kull każ, l-obbligazzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu ta’ ammont akbar mill-ammont tat-telf li kien ikollha ssostni kieku l-istituzzjoni kienet ġiet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali.

Meta tiġi applikata l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħmel l-ebda kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta’ rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1).

Meta jiġi stabbilit permezz ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 74 li l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu għar-riżoluzzjoni kienet ta’ aktar mit-telf nett li kieku kienet issostni kieku l-istituzzjoni kienet soġġetta għal stralċ skont proċeduri ta’ insolvenza normali, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollha d-dritt għall-pagament tad-differenza mill-arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 75.

Artikolu 109 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36.
Artikolu 109 3.
Il-kontribuzzjoni mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għall-iskop tal-paragrafu 1 għandha ssir fi flus.
Artikolu 109 4.
Fejn depożiti eliġibbli f’istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil entità oħra permezz tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, id-depożituri ma jkollhom l-ebda pretensjoni skont id-Direttiva 2014/49/UE kontra l-iskema ta’ garanzija tad-depożitu fir-rigward ta’ kwalunkwe parti tad-depożiti tagħhom fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li ma jiġux ittrasferiti, sakemm dak l-ammont ta’ fondi trasferiti jkun daqs jew iktar mil-livell aggregat ta’ kopertura provduti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE.
Artikolu 109 5.
Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti jintużaw bi qbil magħha u jitnaqqsu sussegwentement għal anqas minn żewġ terzi tal-livell immirat tal-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti, il-kontribuzzjoni regolari għall-iskema ta’ garanzija ta’ depożiti għandha tkun iffissata f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin.

Fi kwalunkwe każ, ir-responsabilità ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti ma għandhiex tkun akbar mill-ammont ekwivalenti għal 50 % tal-livell immirat tagħha skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE. L-Istati Membri, jistgħu, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, jiffissaw perċentwal li jkun ogħla minn 50 %.

Fi kwalunkwe ċirkostanza, il-parteċipazzjoni għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont din id-Direttiva ma għandhiex teċċedi t-telf li ġġarrab fi stralċ skont il-proċedimenti ta’ insolvenza normali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.