+Artikolu 110 Penali u miżuri amministrattivi oħrajn
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.

Artikolu 110 Penali u miżuri amministrattivi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 110 1.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur li hu soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 110 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw l-obbligi obbligi għal msemmija fl-ewwel paragrafu għall-istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji u intrapriżi prinċipali tal-Unjoni, fil-każ ta’ ksur jkunu jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi, soġġett għal kondizzjonijiet stipulati fid-dritt nazzjonali, lill-membri tal-entità maniġerjali, u lil persuna fiżika oħra li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.
Artikolu 110 3.
Is-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattivi previsti f’din id-Direttiva għandha tiġi attribwita lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta’ ksur. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi kollha u ta’ ġbir ta’ informazzjoni li huma neċċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.
Artikolu 110 4.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi f’konformità ma’ din id-Direttiva u mad-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

direttament;

(b) 

b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet;

(d) 

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.