|
+Artikolu 117 Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE |
Artikolu 117 Emendi għad-Direttiva 2001/24/KEArtikolu 117 Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE Id-Direttiva 2001/24/KE hija emendata kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 1 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“3.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
) u l-fergħat tagħhom li jinsabu fi Stati Membri li mhumiex dak li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom.
4.
Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
), din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji, id-ditti u l-impriżi prinċipali li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE.
5.
L-Artikoli 4 u 7 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw fejn japplika l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/59/UE.
6.
L-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva m’għandux japplika fejn japplika l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/59/UE.
(2)
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
—
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (43) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
—
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
—
‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
—
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew awtorità ta’ risoluzzjoni skont it-tifsira fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tar-riorganizzazzjoni tal-miżuri meħuda skont dik id-Direttiva;
—
‘amministratur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tagħha huwa li tamministra miżuri ta’ riorganizzazzjoni;
—
‘awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji’ tfisser dawk l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri li huma kompetenti għall-finijiet tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ;
—
‘miżuri ta’ riorganizzazzjoni’ tfisser miżuri li huma maħsuba sabiex jippreservaw jew ireġġgħu lura s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet preżistenti ta’ parijiet terzi, inklużi l-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, is-sospensjoni ta’ miżuri ta’ infurzar jew it-tnaqqis ta’ pretensjonijiet; dawk il-miżuri jinkludu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE;
—
‘likwidatur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tiegħu hu li jamministra l-proċeduri ta’ stralċ;
—
‘proċeduri ta’ stralċ’ tfisser proċeduri kollettivi mibdija u sorveljati mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ Stat Membru bl-għan tar-realizzazzjoni tal-assi taħt is-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċeduri jintemmu b’kompożizzjoni jew miżura simili oħra;
—
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
);
—
‘strument’ tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (50)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(3)
L-Artikolu 25 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 Ftehimiet ta’ netting Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 60a u 63 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-ftehimiet ta’ netting għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.”
(4)
L-Artikolu 26 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 26 Ftehimiet ta’ riakkwist Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, il-ftehimiet ta’ riakkwist għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|