+TITOLU X EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE. 2012/30/UE U 2013/36/UE U GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1093/2010 U (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 117 Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE
---+Artikolu 118 Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE
---+Artikolu 119 Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE
---+Artikolu 121 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE
---+Artikolu 124 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 125 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 126 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

TITOLU X EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE. 2012/30/UE U 2013/36/UE U GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1093/2010 U (UE) Nru 648/2012

TITOLU X EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE. 2012/30/UE U 2013/36/UE U GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1093/2010 U (UE) Nru 648/2012

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 117 Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE

Artikolu 117

Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE

Id-Direttiva 2001/24/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 1 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.  
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) u l-fergħat tagħhom li jinsabu fi Stati Membri li mhumiex dak li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom.
4.  
Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji, id-ditti u l-impriżi prinċipali li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE.
5.  
L-Artikoli 4 u 7 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw fejn japplika l-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/59/UE.
6.  
L-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva m’għandux japplika fejn japplika l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/59/UE.
(2) 

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

— 
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (43) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
— 
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
— 
‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
— 
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew awtorità ta’ risoluzzjoni skont it-tifsira fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tar-riorganizzazzjoni tal-miżuri meħuda skont dik id-Direttiva;
— 
‘amministratur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tagħha huwa li tamministra miżuri ta’ riorganizzazzjoni;
— 
‘awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji’ tfisser dawk l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri li huma kompetenti għall-finijiet tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ;
— 
‘miżuri ta’ riorganizzazzjoni’ tfisser miżuri li huma maħsuba sabiex jippreservaw jew ireġġgħu lura s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet preżistenti ta’ parijiet terzi, inklużi l-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, is-sospensjoni ta’ miżuri ta’ infurzar jew it-tnaqqis ta’ pretensjonijiet; dawk il-miżuri jinkludu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva 2014/59/UE;
— 
‘likwidatur’ tfisser kull persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li l-kompitu tiegħu hu li jamministra l-proċeduri ta’ stralċ;
— 
‘proċeduri ta’ stralċ’ tfisser proċeduri kollettivi mibdija u sorveljati mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ Stat Membru bl-għan tar-realizzazzjoni tal-assi taħt is-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċeduri jintemmu b’kompożizzjoni jew miżura simili oħra;
— 
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 );
— 
‘strument’ tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (50)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(3) 

L-Artikolu 25 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Ftehimiet ta’ netting

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 60a u 63 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-ftehimiet ta’ netting għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.”

(4) 

L-Artikolu 26 jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 26

Ftehimiet ta’ riakkwist

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, il-ftehimiet ta’ riakkwist għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.”

Artikolu 118 Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE

Artikolu 118

Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.  
L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ saldu abbażi tal-valur net jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI jew l-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punti (c)(iv) u (d) tal-paragrafu 2 li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE ( *5 );
(2) 

L-Artikolu 9a huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9a

Direttivi 2008/48/KE u 2014/59/UE

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/48/KE u 2014/59/UE.”

Artikolu 119 Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Artikolu 119

Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Fl-Arikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/25/KE, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 ).

Artikolu 121 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 121

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE tiġi emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ).
(2) 

fl-Artikolu 5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti validi, tiddeċiedi jew timmodifika l-istatut biex tippreskrivi li sejħa għal laqgħa ġenerali sabiex jiġi deċiż dwar żieda fil-kapital tista’ tissejjaħ b’avviż iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm dik il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sejħa u li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jiġu sodisfatti u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 ta’ dik id-Direttiva.
6.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa skadenza waħda fl-Artikolu 6(3), l-obbligu li jiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ agenda riveduta fl-Artikolu 6(4) u l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa data ta’ reġistrazzjoni waħda fl-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw.”
Artikolu 124 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Artikolu 124

Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

Fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, jitħassar il-paragrafu 4.

Artikolu 125 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Artikolu 125

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)  

‘awtorità kompetenti’ tfisser:

(i) 

l-awtorità kompetenti kif iddefinita fl-Artikolu 4(1) (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fis-sens tad-Direttivi 2007/64/KE u 2009/110/KE;

(ii) 

fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji;

(iii) 

f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *8 ), awtorità maħtura kif definita fl-Artikolu 2(1)(18) ta’ dik id-Direttiva;

(iv) 

fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *9 ) awtorità tar-riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1)(18) ta’dik id-Direttiva.

(2) 

Fl-Artikolu 40(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f’kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot.”

Artikolu 126 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Artikolu 126

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012/UE, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“(k) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *10 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.