+Artikolu 121 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 121 Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 121

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE tiġi emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ).
(2) 

fl-Artikolu 5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti validi, tiddeċiedi jew timmodifika l-istatut biex tippreskrivi li sejħa għal laqgħa ġenerali sabiex jiġi deċiż dwar żieda fil-kapital tista’ tissejjaħ b’avviż iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm dik il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sejħa u li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jiġu sodisfatti u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 ta’ dik id-Direttiva.
6.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa skadenza waħda fl-Artikolu 6(3), l-obbligu li jiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ agenda riveduta fl-Artikolu 6(4) u l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa data ta’ reġistrazzjoni waħda fl-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw.”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.