|
+Artikolu 9c 1. |
Artikolu 9c 1.L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, tista’ probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a)
l-Awtorità tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dak l-att jistgħu jkunu f’kunflitt dirett ma’ att ieħor rilevanti;
(b)
fejn l-att ikun wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), in-nuqqas ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li jikkomplementaw jew jispeċifikaw l-att inkwistjoni jqajjem dubji leġittimi rigward il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mill-att leġislattiv jew l-applikazzjoni proprja tiegħu;
(c)
in-nuqqas ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 16 iqajjem diffikultajiet prattiċi rigward l-applikazzjoni tal-att leġislattiv rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|