+Artikolu 9c Ittri meta ma titteħidx azzjoni
---+Artikolu 9c 1.
---+Artikolu 9c 2.
---+Artikolu 9c 3.
---+Artikolu 9c 4.
|
Artikolu 9c Ittri meta ma titteħidx azzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9c 1.
|
L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, tista’ probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a)
l-Awtorità tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’dak l-att jistgħu jkunu f’kunflitt dirett ma’ att ieħor rilevanti;
(b)
fejn l-att ikun wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), in-nuqqas ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li jikkomplementaw jew jispeċifikaw l-att inkwistjoni jqajjem dubji leġittimi rigward il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mill-att leġislattiv jew l-applikazzjoni proprja tiegħu;
(c)
in-nuqqas ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 16 iqajjem diffikultajiet prattiċi rigward l-applikazzjoni tal-att leġislattiv rilevanti.
|
|
Artikolu 9c 2.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, hija marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti kif provdut fl-Artikolu 16. L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli.
|
|
Artikolu 9c 3.
|
Fejn meħtieġ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u sa meta jiġu adottati u applikati miżuri ġodda wara l-passi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha toħroġ opinjonijiet rigward dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jkomplu jiġu segwiti prattiki superviżorji u ta’ infurzar konsistenti, effiċjenti u effettivi, u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 9c 4.
|
Fejn, abbażi tal-informazzjoni riċevuta, partikolarment mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tikkunsidra li kwalunkwe mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, jqajmu kwistjonijiet eċċezzjonali sinifikanti li jappartjenu għall-fiduċja tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-klijenti jew tal-investituri, il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew is-swieq tal-komoditajiet, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu. L-Awtorità tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|