|
+Artikolu 9c 2. |
Artikolu 9c 2.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, hija marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti kif provdut fl-Artikolu 16. L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|